top of page
Minn fejn ġejja s-saħta mdendla fuq l-għalqa tal-Iskarjota fir-raħal ta’ Ħaż-Żnuber?X’rabta hemm bejn il-kappillan ta’ Ħaż-Żnuber, Dun Timmy, u ż-żewġ xjenzjati l-Professuri Dillinger u Wali Aħmed, li qed iwettqu esperimenti mill-aktar strambi bl-aħħar avvanzi tat-teknoloġija diġitali?Kif jidħol fl-istorja Potu-Ra, il-furban qalil minn Tebi fl-Eġittu tal-Fargħuni, li donnu għadu ħaj?Għaliex il-produzzjoni ta’ laħam tat-tiġieġ f’Malta sejra daqstant tajjeb ?L-Għalqa tal-Iskarjota – fi ġrajja ta’ waħx kbir u daħkan twieġeb għal dawn il-mistoqsijiet terribbli.Ir-rumanz kien inħataf meta ħareġ fl-2009. Issa jinsab lura f’edizzjoni ġdida

L-Għalqa tal-Iskarjota

SKU: 9789918003723
€20.00 Regular Price
€18.50Sale Price