top of page
Każ ġdid għall-Ispettur Gallo
Lejla sajfija l-Belt Valletta, 2003. Ġurnalist magħruf jgħib fix-xejn. Ħadd ma rah iżjed. Ħadd ma jaf għala.
Tnax-il sena wara, omiċidju brutali flimkien ma’ sejba makabra jerġgħu jiftħu beraħ il-każ.
L-Ispettur Victor Gallo, Kap tat-Taqsima kontra l-Omiċidji, isib ruħu f’nofs riefnu ta’ vjolenza bla preċedenti, iterraq f’labirint ta’ provi, xhieda u memorji mċajpra.
Iżda mhux kulħadd għandu interess li Gallo jasal għall-verità. Għax il-verità skomda u bil-wisq aktar tal-biża’ minn dak li qatt jimmaġinaw Gallo u sħabu.

Nex

SKU: 9789990916225
€10.00 Regular Price
€9.25Sale Price
  • Format

    Paperback / softback
  • Author

    Mark Camilleri