top of page
L-ewwel każ tal-Ispettur Montalbano, issa bil-Malti!
Il-ġisem nofsu mneżża’ tal-Inġinier Luparello, politiku prominenti fil-belt ta’ Vigàta, jinstab fil-karozza tiegħu f’medda art żdingata magħrufa bħala la mànnara, il-Mandra — fl-antik mergħa għall-mogħoż, illum bejta tad-drogi u l-prostituti. Kollox jindika li Luparello miet mewta naturali waqt attivitajiet sesswali ma’ persuna mhux magħrufa.
Iżda lill-Ispettur Montalbano ħadd ma jbellagħlu r-ross bil-labra. Xi ħaġa mhix tikkonvinċih f’din l-affari, u — jgħidu x’jgħidu l-Kummissarju, il-Maġistrat u saħansitra l-Isqof — mhux lest jagħlaq il-każ qabel ma jsib il-verità. B’paċenzja u astuzja jidħol jgħaffeġ f’mandra ta’ dmija, qerq, korruzzjoni organizzata u logħob tal-poter, fl-isfond maġiku tal-pajsaġġ u l-karattru Sqalli.
Mill-pinna inġenjuża ta’ Andrea Camilleri, Il-forma tal-ilma huwa l-ewwel rumanz fis-serje polizjeska ta’ Salvo Montalbano, Spettur tal-Pulizija f’Vigàta, belt żgħira fi Sqallija li, għalkemm ma ssibha fl-ebda mappa, taf tkun reali iżjed mill-ħajja nnifisha. Għax daqskemm hu rumanz fittizju, dan hu wkoll ir-rakkont ta’ Sqallija u ta’ kif jgħixu u jmutu niesha.
 
It-traduzzjoni għall-Malti ġiet iffinanzjata mill-Fond tal-Ktieb tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb 2020.
Questo libro è stato pubblicato grazie a un contributo offerto dal Ministero degli Affari Esteri e della Cooperazione Internazionale italiano. / Dan il-ktieb ġie ppubblikat b’kontribut finanzjarju tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u għall-Koperazzjoni Internazzjonali Taljan.

Il-Forma tal-Ilma (L-Ispettur Montalbano #1)

SKU: 9789990919608
€9.95 Regular Price
€9.20Sale Price
  • Format

    Paperback / softback
  • Author

    Andrea Camilleri
  • Language

    Maltese


You might also be interested in reading ...

Please take a few seconds to read our terms of purchase We are a small indie bookshop with a small team of two people. Orders may thus take longer than from bigger online suppliers. Please allow a minimum of 15 to 20 working days for any items that are not immediately available from stock.  We also ship worldwide.  Get in touch for quotations.  Unless otherwise specified, please assume the product shown is a paperback. Kindly check the ISBN number to confirm the specific edition. Images are for illustrative purposes only so if you require a specific edition for collection purposes please get in touch before placing an order. ​If you require item as a gift, please add a comment at checkout so that any price tags are removed.  Please note that in case of pre-orders, these will only be dispatched after publication date and may be subject to embargos set by the publisher.

bottom of page