top of page
Image-empty-state_edited_edited_edited.j

Anne Frank: Id-Djarju ta’ Tfajla

Heading 3

Faraxa Publishing

Publisher notes

Dan<em>Id-Djarju ta’ Tfajla</em>jew kif inhu iżjed magħruf,<em>Id-Djarju ta’ Anne Frank</em>, hu maqlub għall-Malti mill-verżjoni ingliża ta’ Susan Massotty minn Mary Rose Mifsud. Dan il-ktieb jinkludi it-test innifsu tad-<em>Djarju</em>ta’ Anne Frank kif ġie editjat minn Otto Frank u Mirjam Pressler u ppreżentat fl-edizzjoni definittiva li ħarġet fl-2007, fl-okkażjoni tas-sittin anniversarju tal-ewwel pubblikazzjoni tiegħu fl-1947.Din l-edizzjoni tad-<em>Djarju</em>tiftaħ b’<em>Daħla</em>mill-Professur Oliver Friġġieri li fiha jirrifletti fuq l-importanza storika tad-Djarju u l-valur morali tiegħu, kif ukoll jagħti ħarsa kritika fil-qosor lejn din it-traduzzjoni. Issegwi Nota tat-Traduttriċi li fiha Mifsud tiddeskrivi l-proċess li użat fit-traduzzjoni tagħha u tispjega għaliex waslet għal ċerti għażliet lingwistiċi, xi kultant saħansitra b’paragun ma’ traduzzjonijiet f’ilsna oħra.Dan il-ktieb jinkludi wkoll il-<em>Kelmtejn Qabel</em>u l-<em>Kelmtejn Wara</em>ta’ Massotty nfisha. Isegwu noti dettaljati dwar il-personaġġi u l-postijiet imsemmija fil-test oriġinali, kif ukoll dwar xi avvenimenti storiċi u xi kliem importanti biex jinftiehem sew dak li kitbet Anne. Dawn in-noti huma mmirati għall-qarrejja Maltin li jridu japprofondixxu l-għarfien tat-test u jkattru l-pjaċir li jieħdu mill-qari tiegħu. Għal din ir-raġuni n-noti jinkludu informazzjoni dwar x’ġara minn nies u l-postijiet anki wara li jieqaf id-<em>Djarju</em>. Mifsud għamlet ħilitha biex testendi din l-informazzjoni sakemm il-ktieb tagħha mar għall-istampar. Uħud min-noti jagħtu wkoll l-opportunità lill-qarrejja, jipparagunaw dak li ssemmi Anne Frank ma’ x’kien qed jiġri f’Malta fl-istess żmien.Fis-sezzjoni<em>Fatti, Kontroversji, Aġġornamenti</em>Mifsud tirrakkonta bosta episodji mill-ġrajja tad-Djarju minn meta ġie ppubblikat għall-ewwel darba fl-1947 sal-lum. Din it-traduzzjoni tinkludi wkoll numru ta' ritratti tan-nies li jissemmew fid-<em>Djarju</em>, kif ukoll<em>Bibljiografija</em>estensiva li għanda tħajjar lill-qarrejja jkomplu jwessgħu t-tagħrif tagħhom dwar l-Olokawst u avvenimenti storiċi oħra.

Details

Author

Publisher

Faraxa Publishing

Year

Pages

ISBN

9789995796358

Genre

bottom of page