Fid-Dlam tal-Lejl Ħarisna
Heading 3
Klabb Kotba Maltin
Publisher notes
X’jiġri meta norqdu? Min insiru, jew min nibqgħu meta nintilfu minn sensina? X’jiġri jekk torqod u tqum tard u jkollok tagħżel bejn li titlef it-tren jew titlef appuntament ma’ xi ħadd? Min jiġi jżurna waqt li nkunu reqdin u għala l-lejl huwa mument daqshekk misterjuż? Bogħod mill-għajn bogħod mill-qalb kienu jgħidu l-antiki, imma l-istess bogħod jaf iqanqal aktar ukoll.B’għajn raffinata għal dettalji esperjenzali, Mifsud jirnexxilu jaqbad bosta mill-faċċati differenti tal-esperjenza tal-irqad f’narrattivi li jirreżonaw. F’dan ir-rumanz, Mifsud jilgħab logħba b’karattri jissaraw m’aspirazzjonijiet u ossessjonijiet. Jekk uħud minna jippruvaw jorqdu biex jistrieħu mill-ossessjonijiet li jaħkmuna, Mifsud iżerżaq l-ossessjonijiet fl-ispazju fejn nistrieħu b’mod li, jekk tintefa’ biex tipprova tagħlaq għajn m’għajn, m’int ħa tara xejn għajr l-ossessjonijiet iħabbtuk. F’dak il-mument tinduna li aħjar tibqa’ mqajjem u għajjien milli tinħakem min-ngħas u minn dak kollu li jġib miegħu l-irqad.— Kurt Borg
Details
Author
Publisher
Klabb Kotba Maltin
Year
Pages
Paperback / softback
ISBN
9789993275817
Genre