
Għoljet il-Qasab
Heading 3
Faraxa Publishing
Publisher notes
Din it-traduzzjoni miċ-Ċiniż għall-Malti hija t-tmienja u għoxrin traduzzjoni tal-kullana ta’ Traduzzjonijiet Faraxa taħt il-ħarsien tal-Prof. Toni Aquilina.Għoljet il-Qasab huwa rumanz għaż-żgħażagħ u mhux-daqshekk żgħażagħ li kienet ħarġet l-awtriċi Ċiniża minn Shanghai, Yin Jian Ling fl-2016. It-titlu huwa isem ta' kulleġġ immexxi minn patrijiet fl-ewwel snin tas-seklu 20 fil-Lvant taċ-Ċina, li t-tifsira tiegħu hija L-Għolja tal-Qasab (il-forma mqassra - Għoljet il-Qasab). L-isem biċ-Ċiniż huwa "Ye Mang Po", li tfisser "L-Għolja fejn jikber il-Qasab Selvaġġ".Il-ġrajja tal-ktieb iddur madwar tifel Ċiniż, You An, li jitlef lil ommu waqt il-ħlas, u missieru u l-mara l-ġdida tiegħu, ma jittrattawhx tajjeb. Il-mara, b’mod partikolari, issawtu u taħqru tant li t-tifel jaħrab mid-dar u jispiċċa f'orfanotrofju mmexxi mis-sorijiet. Żmien wara joħduh fil-kulleġġ ta' Għoljet il-Qasab fejn jibda jinteressa ruħu fil-pittura u fl-iskultura ...Hawnhekk jinduna li l-ħajja hija vjaġġ li fih il-bniedem jimxi minn post għall-ieħor, jiltaqa' ma' karattri u kulturi differenti ... imma fuq kollox jiskopri wkoll l-potenzjal u l-kapaċitajiet moħbija ġo fih. Tispikka t-tema tal-arti Ċiniża u kif din hija differenti f'bosta aspetti minn dik tal-Punent.Jirmexxielu You An isib u jiżviluppa t-talent artistiku tiegħu matul il-vjaġġ tiegħu, minkejja l-isfidi u d-diffikultajiet kollha li jiltaqa' magħhom?___Yin Jian Ling hija awtriċi Ċiniża magħrufa sew għall‑kotba tagħha għat‑tfal u għaż‑żgħażagħ. Twieldet fl‑1971 f’Shanghai u studjat fl‑Universitajiet ta’ Huadong u ta’ Shanghai. Hija wkoll editriċi tal‑ġurnal Xinmin wanbao.
Details
Author
Publisher
Faraxa Publishing
Year
Pages
ISBN
9789995796709
Genre