top of page
Image-empty-state_edited_edited_edited.j

Il-Kitba Kreattiva

Heading 3

Merlin Publishers

Publisher notes

Titwila lejn il-mekkaniżmi tal-kitba kreattiva u ideat siewja għal kulmin iħoss is-sejħa tal-kitbaF’dan il-ktejjeb, Trevor Żahra, l-awtur aktar milli l-kritiku letterarju, jaqsam magħna ħsibijietu dwar din l-arti tant abbużata li titlob ħafna aktar għaraq milli ispirazzjoni. Jitkellem fuq it-teknika tal-vuċijiet, tal-karatterizzazzjoni, tan-nisġa, tad-djalogar, kif ukoll fuq it-tħaddim f’waqtu tas-simboliżmu, l-ambigwità, u d-diskors figurattiv. Madankollu jfakkarna fl-aktar regola fundamentali – li kull teknika trid tkun funzjonali, li kull manjiera trid tidwi l-materja, li kull strateġija stilistika trid tingħaġen f’sustanza.Fuq kollox, ‘l hinn mit-talent narrattiv, irid ikun hemm viżjoni sħiħa tal-ħajja, imsejsa fuq intuwizzjonijiet maturi daqskemm fuq tifkiriet personali, li minkejja li tkun xorbot minn diversi għejun, tissarraf f’esperjenza waħdiena u irrepetibbli.

Details

Author

Publisher

Merlin Publishers

Year

Pages

Paperback / softback

ISBN

9789990912838

Genre

bottom of page