Ir-Re Borg
Heading 3
SKS Publishers
Publisher notes
“Malta li se nibni magħkom se tkun Malta ġdida. Immaġinawha ftit: art fejn il-poplu tagħha jemmen fil-ġustizzja għax jaf li jista’ jiksibha; fejn id-dritt jingħatalu għax hu tiegħu; fejn il-ġid li jinħoloq iwieżen lill-batut u jippremja lill-bieżel. Immaġinaw art fejn il-poplu jitgħallem ma jaqbilx b’rispett; fejn l-iskola tkun skola għall-ħajja u mhux loppju għall-imħuħ; fejn m’hemmx diviżjonijiet skont minn fejn ġej jew għand min twelidt jew x’kont għandek fil-bank. Immaġinaw art fejn il-faqar, il-vjolenza, ir-regħba, it-tixħim, il-pjaċiri, l-intriċċi, is-serq, isiru kliem fid-dizzjunarju tal-imgħoddi; fejn ma tibqax ħtieġa għall-karità, fejn il-ħniena tkun ovvja u l-mibegħda u l-firda u l-aġenti tagħhom isibu biss stmerrija minflok min irewħilhom. Immaġinaw Malta fejn jerġgħu jikbru s-siġar, fejn jittajru l-għasafar mingħajr biża’, fejn il-ħamrija terġa’ tibda tħammel u l-ibħra jkunu mħarsa. U immaġinaw ulied ġodda, li f’din l-art ġdida jimlew il-pulmuni b’arja nadifa u jikbru felħana u jmorru mad-dinja jistqarru bi kburija li huma minn Malta. Immaġinaw, ħbieb tiegħi, u tibżgħux timmaġinaw u toħolmu, għax din hi l-ħolma li se nwettqu flimkien …”
Details
Author
Publisher
SKS Publishers
Year
Pages
ISBN
9789993217749
Genre