L-Aħħar Ġranet ta' Ċiorni
Heading 3
Merlin Publishers
Publisher notes
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-KtiebCiorni l-qattus kellu ħarsa stramba. Forsi kien qed joħlom dwar meta dilkuh bl-ingwent biex meta jmut, jerġa’ jqum. Jew dwar meta libbsuh l-imsielet tad-deheb għax ħasbuh xi alla. Illum Ciorni għandu qalbu sewda daqsi.Sean niżel it-taraġ bħal bahnan, bil-qalziet nofsu mniżżel u warajh Glenda, liebsa l-istilettos u knickers ħomor tal-bizzilla, tgħatti sidirha.
Minħabba l-protesti kbar kontra l-Gvern fil-belt kapitali, twaqqaf it-tixrid tal-karti politiċi fil-kamp tal-mejtin.
Karl B. ffissa li kellu moħħ biss, ġisem xejn, u issa beda juża kliem tqil, li ssibu biss fid-dizzjunarji ħoxnin.
Is-Sotto-Kummissarju nfexx f’litanija ta’ kliem ħażin u mnalla ma kinetx qed tisimgħu martu, mara rqiqa daqs qasba, bis-suf jisponta minn saqajha u dilettanta tal-laqgħat tat-talb. Warajh kien hemm imdendel katavru.
Missieri kien hemm, b’rasu baxxuta, fuq is-sufan, bit-tazza tal-whiskey f’idu, u ommi ħamra nar, tgħajru pufta.
L-esperiment tal-kirurġija plastika fuq it-tfajla kien wieħed sensazzjonali, li qatt ma kien sar wieħed bħalu fid-dinja, imma xi ħaġa marret ħażin. Ħażin ħafna.Dawn huma xi sitwazzjonijiet, uħud reali u oħrajn fantastiċi, li jikteb dwarhom Mario Azzopardi f’dan il-volum ġdid ta’ rakkonti għal min irid xi ħaġa differenti. U hemm ħaġa ċerta: dawn l-istejjer ma jħallukx kwiet, lanqas meta tispiċċahom.
Details
Author
Publisher
Merlin Publishers
Year
Pages
Paperback / softback
ISBN
9789990913323
Genre