
L-Aħħar Ħolma (#2)
Heading 3
Merlin Publishers
Publisher notes
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-KtiebIt-tieni volum fit-triloġija<em>Il-Logħba tal-Allat</em>Sittin sena qabel il-ġrajjiet li seħħew f’<em>It-Tielet Qamar</em>…Il-Qamar u l-Anġlu, Salvu u Mikiel. Niżlu jqattgħu lejl f’Ħaġar Qim bħalma dejjem jagħmlu fi tmiem il-ġimgħa. Iżda din id-darba xejn mhuwa bħas-soltu … għax f’salt wieħed, bi żball jew b’kumbinazzjoni, sfaw katapultati f’univers ieħor. U sabu ruħhom f’nofs logħba li ilha tintlagħab eluf kbar ta’ snin, sa minn dakinhar li sitt aħwa b’setgħat tal-għaġeb ħolquha biex jgħaddu ftit taż-żmien.<br>Iżda issa r-regoli tal-logħba nbidlu …<em>Brinku baqa’ għal ħin twil iċċassat, b’ħalqu miftuħ, imbellah b’dak li kien għadu kif ra b’għajnejh. Maġenbu, Ru kienet għadha bħalu mwaħħla mal-art, ma tistax temmen.</em><em>“Ru, rajt int dak li rajt jiena?” staqsieha meta l-għoqla fi griżmejh inħallet.</em><em>“Xi ħaġa rajt li qatt qabel ma kont rajt bħalha f’ħajti,” wieġbet Ru. “Taf tfehemni x’ġara hawn sultan sidi?”</em><em>“Il-ħrejjef tal-imgħoddi, l-għanjiet ta’ missirijietna, mhuma ħrejjef xejn mix-xeħta tagħhom. Iżjed ma nafx ngħidlek.”</em>
Details
Author
Publisher
Merlin Publishers
Year
Pages
Paperback / softback
ISBN
9789990913484
Genre