L-Antoloġija tal-Letteratura Mqarba
Heading 3
Dar Camilleri
Publisher notes
L-Antoloġija tal-Letteratura Mqarbatiġbor fihawħud mill-aktar testi kontroversjali u devjanti fil-letteratura Maltija f’dawn l-aħħar erbgħin sena–minn Alfred Buttigieg għal Loranne Vella, Immanuel Mifsud u Ġużè Stagno, kif ukoll Alex Vella Gera u Karl Schembri. Il-ktieb jinkludi wkoll kummentarju ta’ Shana Tabone, Kat Storace, Mark Vella, James Debono u Mark Camilleri.Il-letteratura mqarba hija rari fil-letteratura Maltija imma mill-ftit li jeżisti, insibu kollezzjoni ta’ letteratura divertenti, xokkanti, ribelluża u xi drabi anke filosofika u fina. Insibu wkoll is-satira u temi politiċi u soċjali li fuq kollox huma dwar Malta u l-Maltin.F’din l-antoloġija nsibu r-ritorn tal-istorja infami ta’ Alex Vella Gera,Li Tkisser Sewwi, l-istorja punk ta’ Karl Schembrita’Il-Manifest tal-Killer, l-“ultras”tal-klassi tal-ħaddiema ta’ Immanuel Mifsudf’L-Istejjer Strambi ta’SaraSue Sammut, l-istorja tal-isperma fl-ewwel persuna ta’ Alfred Buttigiegf’Dik il-Qtajrali ġiet iċċensurata fis-snin tmenin, l-istorja tal-koppja liżbjana ta’ Loranne Vella f’“Dawn l-erbat ikmamar l’għandi” u silta mid-debutt miktub ta’ Ġużè StagnoInbid ta’ Kuljum.Din hija kollezzjoni b’siltiet storiċi u tassew interessanti, b’kummentarju intelliġenti u profond li jispjega wkoll il-kuntesti storiċi ta’ dawn il-bċejjeċ letterarji.
Details
Author
Publisher
Dar Camilleri
Year
Pages
Paperback / softback
ISBN
9789918953530
Genre