Nartiċi
Heading 3
Klabb Kotba Maltin
Publisher notes
Norbert Bugeja huwa poeta ewlieni fil-letteratura kontemporanja ta’ Malta.
Nartiċi hija t-tieni ġabra ta’ poeżiji tiegħu bil-Malti wara Bliet (Edizzjonijiet Emma Delezio, 2009).
\----
'Il-poeżiji ta’ Norbert Bugeja għandhom minn memorja li tħalliet tinżel fil-qiegħ u tiffermenta, biex imbagħad jinġabar is-sediment u jissensel fi vrus iqattru t-tifkira. Dawn huma vrus li jitbandlu bejn l-intensità u l-leġġerezza, bejn id-diqa u l-gost, forsi għax fihom, il-ħajja tal-lum u ta’ kuljum tħokk kontinwament ma’ dinja mgħoddija. Id-dinja ta’ Bugeja hija Ewropea daqskemm Għarbija, donnu kemm in-Nord kif ukoll is-Sud jikkontaminaw das-sediment. Dawn huma vrus li jillargaw miċ-ċentru u l-passat immedjat, u jħufu f’ċentri oħra kemxejn periferjali, imma wkoll kemxejn aktar preżenti — u f’ċertu sens — kemxejn nartiċi.'
KIT AZZOPARDI
Details
Author
Publisher
Klabb Kotba Maltin
Year
Pages
Paperback / softback
ISBN
9789993275879
Genre
Poetry