
Perfettament Imperfetta
Heading 3
Merlin Publishers
Publisher notes
U qaltli, “Issa ċ-ċans tiegħek. Tini sakemm taħli saħħtek.”
—
“Meta nħares lejn l-arloġġ nara l-mewt, imma jekk inħares lejn Charlotte nara l-ħajja. Għax hi tidħaq, tbusni, tmellisni, tkanta, tiċċajta, u jien ninsa l-problemi kollha. Anke ninsa kemm għandi żmien. Meta nkun magħha nħossni qisni qiegħed nisraq sekondi lill-mewt.”
—
Żewġ vuċijiet differenti, intimi, singulari, divertenti u devastanti. Wade u Manuel. U t-tnejn bl-istess ossessjoni … Charlotte.
Wade żagħżugħ li qed jipprova jgħix ħajtu u jibda jiskopri d-dinja. Id-dinja tal-ewwel dates, tad-drammi familjari u tal-ħbieb ġodda, bil-fawra t’entużjażmu li jafu jġibu magħhom. Id-dinja tal-mużika, tas-sess u d-drogi.
Manuel anzjan li qed jipprova jaħrab mix-xjuħija u li jispiċċa f’territorju mhux magħruf — attrazzjoni lejn studenta eżuberanti li ġġibu f’xifer il-legalità.
Rakkont li jsaħħar, jgħarbel u jqanqal, f’dinja f’xifer li se tinbidel għalkollox, għal dejjem.
Details
Author
Publisher
Merlin Publishers
Year
Pages
Paperback / softback
ISBN
9789990919431
Genre