Xemx, Wisq Sabiħa
Heading 3
Merlin Publishers
Publisher notes
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-KtiebIr-rumanz ‘cult’ ta’ Ġużè Stagno<em>“Kif naraha jien, il-klassi tal-ħaddiema hi bħall-‘Hotel California’: ‘You can check out any time you like but you can never leave …’, lanqas jekk iġġib dottorat mis-Sorbonne. Jien u oħrajn bħali aħna fost l-aktar nies żvinturati li jeżistu fid-dinja: twelidna fil-klassi tal-ħaddiema u twelidna b’moħħna tajjeb biżżejjed biex nirrealizzaw f’liema diżastru twelidna. Mulej nitolbok: jekk trid iġġibni wild il-ħaddiem agħmel li ż-żobb trid, imma għall-anqas ġibni stupidu bħalma ġibt lil missirijieti.”</em>Jekk<em>Inbid ta’ Kuljum</em>kien aħrax u pastaż,<em>Xemx, Wisq Sabiħa</em>huwa tassew l-abiss: dak kollu li dejjem għarafna iżda li qatt ma xtaqna nitkellmu dwaru. Id-dwejjaq, il-kruha, il-ħażen, il-vulgarità ta’ ġenerazzjoni li ma fadlilha xejn iżjed xi tgħid. Stagno jobżoq kollox fi traġikummiedja trash ambjentata fil-ħmieġ ta’ Paceville, fil-familji working class ta’ Marsaxlokk, fil-weekends f’Għawdex, żwieġ għax m’hemmx iżjed x’tagħmel u tletin elf lira dejn għall-post.<em>“I honestly cannot make up my mind whether Ġużè Stagno’s</em>Xemx, Wisq Sabiħa<em>is one of the best books in Maltese I’ve ever read, or one of the worst.”</em>– Toni Sant<em>ippubblikat għall-ewwel darba mill-Minima</em>
Details
Author
Publisher
Merlin Publishers
Year
Pages
Paperback / softback
ISBN
9789990914382
Genre