top of page
Image-empty-state_edited_edited_edited.j

Xtaqt li kont merkurju

Heading 3

Inizjamed

Publisher notes

Għal dawk minna li x-xahar t’Awwissu huwa ekwivalenti għall-Festival, għal dawk minna li meta jasal il-Festival jiskru bih ġimgħa sħiħa, kull edizzjoni hija memorabbli bil-mod tagħha. Minkejja li għadu ftit kmieni, qed nantiċipaw li din l-edizzjoni se nibqgħu niftakruha għal diversi raġunijiet. Ewlenin fosthom hija l-pubblikazzjoni friska<em>xtaqt li kont merkurju</em>, antoloġija li tiċċelebra l-poeżija u t-traduzzjoni li fil-Festival isiru l-lingwi tagħna.Dan il-ktieb jiġbor fih 122 poeżija li nqalbu għall-Malti fil-laboratorji ta’ traduzzjoni matul l-ewwel 16-il edizzjoni tal-Festival. Fih niltaqgħu max-xogħol ta’ 60 awtriċi u awtur, 25 traduttriċi u traduttur. It-titlu<em>xtaqt li kont merkurju</em>huwa l-ewwel vers ta’ waħda mill-poeżiji fil-ġabra, u għażilnieh għax in-natura flessibbli u trasformattiva tal-merkurju, metall likwidu, tirrappreżenta l-flessibiltà meħtieġa fil-proċess tat-traduzzjoni letterarja u l-ħila trasformattiva tiegħu. Bħalma jikteb Adrian Grima fid-daħla ta’ dan il-ktieb, mhuwiex biss it-test oriġinali li “jinħoloq mill-ġdid, imma l-lingwa li biha ssir it-traduzzjoni”.Il-ħidma fuq dan il-proġett bdiet għadd ta’ snin ilu u r-riżultat huwa mertu ta’ ħafna iżjed idejn minn dawk li kienu involuti fl-aħħar fażi. Għalhekk kuntenti ħafna li f’din l-edizzjoni qed naqsmu din il-pubblikazzjoni magħkom, biex il-poeżiji li ngħataw libsa ġdida permezz tat-traduzzjoni issa tagħtuhom ħajja ġdida permezz tal-qari.

Details

Author

Publisher

Inizjamed

Year

Pages

Paperback

ISBN

9789993287070

Genre

Poetry

bottom of page