top of page
"Il-poe?ija intima u metaforika ta� Claudia Gauci tinnegozja kontinwament mal-memorja: mhux biss terfa� x-xeni mit-tfulija tag?ha biex tippreserva u tikkultiva l-mumenti ma� missierha i?da anki tqanqal jew to?loq konxjament memorji inqas feli?i biex b?allikieku tissaffa minn esperjenzi li we??g?uha profondament. Il-memorja individwali u kollettiva, kif jg?id Umberto Eco, g?andha l-funzjoni li tippreserva ?erta informazzjoni imma fl-istess ?in twarrab dik l-informazzjoni li ma ne?ti?ux u li kapa?i xxekklilna mo??na. Claudia Gauci ma tu?ax il-memorja, il-poe?ija, biex tikkan?ella dak li ma jog??obhiex: tu?aha biex tiffa??ja l-istorja li tiffurmaha, biex tibni fuqha. [...]Il-poe?ija ta� Claudia Gauci t?allem lill-qarrejja tag?ha, tixg?elilhom g?ajnejhom bil-kulur u l-intensit� emozzjonali tag?ha, imma tankrahom ukoll mal-art iebsa, sikwit solitarja tat-ti?rib uman bl-istess intensit� estetika, bis-sensi u bil-metafora, u spe?jalment bis-sinestesija, i?-?wie? dinamiku, skontru? ta� bejniethom. Hija wkoll il-poe?ija tal-?oss mhux anonimu, tal-konsonanti li jridu jinstemg?u bis-sa??a, li ma jridux jinbelg?u minn forom jew ritmi prevedibbli jew mag?rufa, ?sejjes konsonantali li jridu jaffermaw l-identit� u s-sehem tag?hom, b?alma tag?mel il-poetessa li b�dawn il-poe?ija sikwit tqal u malinkoni?i, kultant anki profondament imnikkta, tistqarr il-libert� l-?dida tag?ha b?ala kreatri?i tas-sabi?." - Adrian Grima

Sekonda Qabel Tqum

SKU: 9789995703325
€8.00 Regular Price
€7.40Sale Price
  • Format

    Paperback / softback
  • Author

    Claudia Gauci


You might also be interested in reading ...

Please take a few seconds to read our terms of purchase We are a small indie bookshop with a small team of two people. Orders may thus take longer than from bigger online suppliers. Please allow a minimum of 15 to 20 working days for any items that are not immediately available from stock.  We also ship worldwide.  Get in touch for quotations.  Unless otherwise specified, please assume the product shown is a paperback. Kindly check the ISBN number to confirm the specific edition. Images are for illustrative purposes only so if you require a specific edition for collection purposes please get in touch before placing an order. ​If you require item as a gift, please add a comment at checkout so that any price tags are removed.  Please note that in case of pre-orders, these will only be dispatched after publication date and may be subject to embargos set by the publisher.

bottom of page