top of page
X’qalu dwar il-poeżija ta’ Adrian Grima …Xi kultant, m’hemmx bżonn kliem. Diġà nafu kull rakkont, kull kapriċċ, kull riħa, kull togħma, kull weġgħa. Imma Adrian Grima jazzarda jerġa’ jirrakkonta kollox mill-ġdid u kull rakkont (mhux b’kapriċċ) jinqabad fi spazju kkumplikat. Qisu seħħ, qisu ma seħħx. Qisu hemm fih sekli sħaħ, inkella l-baħħ. Kien hemm waqtiet, jien u naqra dawn il-poeżiji, meta nqbadt f’baħar qadim u ltim, qalb ir-riħa taż-żejt u l-klin. U kien hemm mumenti oħra meta sibt lili nnifsi fi spazju (s)komdu fejn il-ħin ma jasalx. Ħassejtni sospiża bħall-malvizzun qalb ħafna skiet mitluq.Clare AzzopardiIr-rabta li jibni Adrian Grima mal-qarrejja tiegħu hi waħda ħajja u organika – relazzjoni li ma toffrix sentiment irħis u dirett, imma għodod ta’ ħsieb intiżi biex inibbtu fina sens ta’ viġilanza u sensittività għall-qasmiet u l-feriti umani li jdawruna. Hi u tosserva l-balla Iżraeljana ttir, il-poeżija ta’ Grima tgħallmet il-qawwa letali u l-kalkolu preċiż tat-tiċrit – imbagħad, b’sengħa kbira, bdiet “iċċarrat” hi wkoll. Imma għall-kuntrarju tad-dum dum, ma tqattax vini u muskoli u arterji. Iċċarrat, minflok, is-silenzji tqal li jħallu għaddej it-tixrid tal-mibegħda razzjali u soċjali, iċċarrat l-aljenazzjoni li għadha tippermetti l-isfruttament tal-operaturi ż-żgħar fin-Nofsinhar Globali, iċċarrat il-miti tal-“progress” neoliberista ta’ żmienna li ħalla komunitajiet sħaħ fgati fir-rima tiegħu, iċċarrat l-ewfemiżmi li ninqdew bihom maġenb is-sodda tal-mewt. Iċċarrat, fi kliem ieħor, il-laħam il-ħaj tal-kuxjenza.Norbert Bugeja

Klin u Kapriċċi Oħra

SKU: 9789993275343
€14.00 Regular Price
€12.95Sale Price