top of page
MetaKtieb ix-Xwejjaħħareġ għall-ewwel darba fl-1987, kien il-pijunier tal-kitba fantastika bil-Malti. Din edizzjoni riveduta, b’taħlita ta’ tpinġijiet mill-oriġinal u oħrajn ġodda minn Ġorġ Mallia, issa f’idejkom għall-ewwel darba wara ħafna snin.Fih hemm il-ġrajja tal-Viżjier tal-belt fantastika ta’ Terani, li jfittex ktieb imsaħħar li permezz tiegħu jkun jista’ jsalva dinjitu mid-dlamijiet li ġabu fuqha s-sħaħar ħżiena ta’ Ermerat, l-art ’il fuq mis-sħab.Niltaqgħu mas-saħħar apprentist Rejnon, is-Sultan twajjeb Abadnari, l-aljen bennej tal-muntanji, il-kavallier qalbieni, Melas il-mexxej tas-sħaħar tajba, u Erdon, il-mexxej ta’ dawk ħżiena. Dawn u tant oħrajn, flimkien ma’ ħlejjaq fantastiċi, jimlew id-dinja ta’Ktieb ix-Xwejjaħb’seħer uniku.

Ktieb ix-Xwejjaħ

SKU: 9789918240197
€10.95 Regular Price
€10.13Sale Price
  • Format

    Paperback / softback
  • Author

    Ġorġ Mallia
  • About the Author

    Lil Ġorġ Malliajagħrfuh mit-tbissima. Jgħidu li dejjem jitbissem, imma fil-fatt, kultant jikteb xi ktieb għat-tfal ukoll (u jpenġi l-istampi fih hu stess), u kultant ikun il-kap tad-Dipartiment tal-Midja u l-Kommunikazzjoni tal-Università ta’ Malta, fejn għandu l-kariga ta’ Professur Aggregat. U xi kultant issibu wkoll jaqra (jew ipinġi) xi komik jew tnejn. L-hena tiegħu jpinġi u jirriċerka, u ma jħobb xejn aktar mill-kwiet … u l-arja friska.


You might also be interested in reading ...

Please take a few seconds to read our terms of purchase We are a small indie bookshop with a small team of two people. Orders may thus take longer than from bigger online suppliers. Please allow a minimum of 15 to 20 working days for any items that are not immediately available from stock.  We also ship worldwide.  Get in touch for quotations.  Unless otherwise specified, please assume the product shown is a paperback. Kindly check the ISBN number to confirm the specific edition. Images are for illustrative purposes only so if you require a specific edition for collection purposes please get in touch before placing an order. ​If you require item as a gift, please add a comment at checkout so that any price tags are removed.  Please note that in case of pre-orders, these will only be dispatched after publication date and may be subject to embargos set by the publisher.

bottom of page