top of page
Finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb#kamrakaħlal-inventarju tal-kamra l-kaħlahija l-ewwel kollezzjoni ta’ poeżiji ta’ Leanne Ellul, miġbura b’mod alfabetiku. L-oġġetti kollha f’din il-kamra l-kaħla, fittizja daqskemm reali, tnaqqew b’mod sistematiku. Din hija l-kamra li tiġbor fiha l-memorji u l-immaġinazzjonijiet. Din il-kamra kaħla inventarju. Tħares fejn tħares, hemm biċċiet qed jistennew li jiġu rrakkuntati.“Dil-poeżija tirrifjuta l-loġika li l-kelma trid tqegħedha f’postha. Iċ-ċaqliq tagħha trasgressiv, irreverenti. Imma hawn reverenza ġdida hawnhekk, speċjalment lejn il-ġisem-ingombru li kapaċi jkun aktar elokwenti mill-kliem. Dan l-inventarju joħloq spazji ġodda, movimenti li ma bsarniex.”– Adrian Grima

l-inventarju tal-kamra l-kaħla

SKU: 9789990918465
€9.95 Regular Price
€9.20Sale Price