top of page
Passjoni Sempliċi / Passion Simpleta' Annie Ernaux, rebbieħa tal-Premju Nobel fil-letteratura 2022, u maqlub għall-Malti b'annotazzjonijiet minn Toni Aquilina.Hawnhekk l-awtriċi taqsam magħna dak li għaddiet minnu waqt ir-relazzjoni li kellha ma' raġel miżżewweġ."Il-fatt li A. stranġier kien jagħmel ferm aktar improbabbli kwalunkwe interpretazzjoni ta' mġibtu, imsejsa kif kienet fuq kultura li tagħha kont naf biss l-aspett turistiku, il-klixejiet. Għall-ewwel ħsilt naqta' qalbi minħabba l-limiti evidenti biex inkunu nistgħu niftiehmu bejnietna, imsaħħin mill-fatt li, jekk hu kien jesprimi ruħu bil-Franċiż mhux ħażin, jien ma kontx naf nitkellem b'ilsienu. Imbagħad dis-sitwazzjoni kienet teħlisni mill-illużjoni li nemmen f'xi tip ta' komunikazzjoni perfetta bejnietna, biex ma ngħidx li nsiru ħaġa waħda. Billi kien hemm naqra ta' qabża bejn il-Franċiż tiegħu u l-użu kurrenti tal-lingwa, billi xi minn daqqiet kont niġi bejn ħaltejn dwar it-tifsira li kien jagħti lil xi kelma jew oħra, jiena kont kull ħin u kull mument inqejjes biex nara xi jkun irid jgħid bejn wieħed u ieħor. Kelli l-privileġġ ngħix sa mill-bidu nett, kontinwament, b'għajnejja miftuħin beraħ, dak li dejjem tispiċċa biex tiskopri b'għaġeb kbir għalik u b'fixla kbira fuqek - ir-raġel li tħobb int hu għarib."Passjoni Sempliċi / Passion Simplehuwa l-ħmistax-il-ktieb fis-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa.***‍Passjoni Sempliċi / Passion Simpleby Annie Ernaux, the Nobel Prize winner in Literature 2022, a New York Times Notable Book and France's #1 best-seller for eight months. It was a Finalist in the Translation Category of The Natio