top of page
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Il-ħġieġ tal-antiporta tan-nanna kien irrigat fit-tul. Qabel ma nħabbat u niftaħ kont inħobb inkaħħal għajnejja miegħu u nittawwal ‘il ġewwa. Is-sottospekkju tal-intrata, il-gastri, il-ħnejja tat-taraġ … kollox kien jidher immewweġ u distort. Anki n-nanna Ċens, bilqiegħda faċċata u silwettata kontra d-dawl tal-bieb tal-bitħa, minn wara l-ħġieġ irrigat tal-antiporta kienet tidher tikwida bħar-riflessi f’wiċċ il-baħar u ma’ kull ċaqliqa tiegħi kienet titbandal u ċċafċaf, ankrata mal-mejda tal-ikel ġol-menqa kennija tagħha bejn il-vetrina u s-sideboard.
Imbagħad niftaħ l-antiporta u nsib ruħi ġo baħar ta’ stejjer!

Sepja

SKU: 9789990912906
€13.00 Regular Price
€12.03Sale Price
  • Format

    Paperback / softback
  • Author

    Trevor Żahra