“L-interventi ta’ Schembri joħolqu assalt sħiħ kontra pajjiż li l-fusien tiegħu huma lubrikati bl-ipokrisija, in-nepotiżmu u l-korruzzjoni”– Mario AzzopardiGħoxrin sena mill-ewwel edizzjoni ta’Taħt il-Kappa tax-Xemx, f’din l-edizzjoni ġdida l-ktieb kult ta’ Karl Schembri li tefa’ s-soċjetà kollha fuq is-siġġu tal-akkużat, f’każ li għadu miftuħ beraħ illum daqskemm kien meta ħareġ l-ewwel darba.Mark Micallef huwa ġurnalist impenjat, imma wkoll ġurnalist sturdut. Tal-inqas l-editur tiegħu mal-ġurnalIx-Xemxhekk jaħseb, u talbu jieħu ftit ġimgħat frank biex jiġi f’tiegħu.Għax kif jaqbad jispjega li r-rapport li deher b’ismu ma kienx tiegħu? Jew l-Gvern Malti qed iħaffer mina sigrieta? Dawn huma l-istqarrijiet tal-ġurnalist li, fit-tfittxija tiegħu għall-verità, sab ruħu maqbud f’nofs l-istejjer li kien qed jirrapporta.
Taħt Il-Kappa Tax-Xemx
SKU: 9789918240098
€11.95Price
Format
Paperback / softbackAuthor
Karl Schembri