top of page
Image-empty-state_edited_edited_edited.j

Kulħadd ħalla isem warajh

Heading 3

Merlin Publishers

Publisher notes

Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-KtiebIr-ritorn ta’ Clare Azzopardi għal-letteratura għall-adultiImmaġinak issib ċavetta b’indirizz magħha u taf li din iċ-ċavetta ddaħħlek għand Sandra. X’tagħmel? Jew immaġinak tiltaqa’ ma’ Helen li taħdem il-British Shoe Store, tgħidlek l-istorja ta’ Gracey liebsa libsa tkanġi fl-aħmar. Imxattra. Antika. Temminha? Inkella tiltaqa’ ma’ Camilla u tgħidlek li qatlitu hi, qattgħetu f’biċċiet u ħarġitu f’borża wara l-bieb.Hemm tmien nisa mkeffna f’dawn l-istejjer, tmien nisa magħluqa fis-silenzju tal-paġni ta’ dan il-ktieb li ħadd ma jaf bihom. Hemm dar il-Belt u oħra l-Isla; hemm waħda Bormla u oħra l-Gżira. Anki huma kompliċi. Hemm Roża, hemm Helen, hemm Gracey, hemm Rita, hemm Margaret, hemm Polly. Imbagħad hemm ħafna silenzju u isem migruf ma’ ħajt jew fuq bankina, fuq pum ta’ bieb jew fil-latrina.

Details

Author

Publisher

Merlin Publishers

Year

Pages

Paperback / softback

ISBN

9789990914726

Genre

bottom of page