top of page
Image-empty-state_edited_edited_edited.j

Marta Marta

Heading 3

EDE Books

Publisher notes

Marta Marta is a polyphonic novel in Maltese which symbolically addresses key themes and preoccupations of current Maltese life, while being written in a mode that exists outside the predominantly social-realist genre of writing that currently prevails in mainstream Maltese literary fiction for adults. As such, it provides the groundwork for political and cultural discussion that enriches the discourse in Malta on topics such as sexuality, abortion, feminism, gender identity and the prevalence of the Catholic and patriarchal hegemony.𝐃𝐰𝐚𝐫 𝐌𝐚𝐫𝐭𝐚 𝐌𝐚𝐫𝐭𝐚Marta Marta huwa rumanz polifoniku li jindirizza simbolikament temi u preokkupazzjonijiet ewlenin mill-ħajja kontemporanja Maltija. Fost dawn insibu kwistjonijiet bħas-sesswalità, il-femminiżmu, il-kontraċezzjoni, l-abort, kif ukoll dik tal-ġeneru fil-possibbiltajiet kollha tiegħu - f’pajjiż fejn għadha prevalenti l-eġemonija Kattolika u patrijarkali - bl-intenzjoni li dawn it-temi jiġu esplorati minn angolu lokali u permezz tal-lingwa Maltija nnifisha. Għaldaqstant, ir-rumanz jipprovdi s-sisien għal diskussjoni politika u kulturali li jsaħħu d-diskors dwar dawn il-kwistjonijiet f’Malta.Filwaqt li Marta Marta huwa rakkont esperimentali, ir-rumanz jagħmel użu minn arketipi u aspetti kulturali li jixhdu l-identità Maltija - bħall-ikonografija reliġjuża - sabiex jikkuntestwalizza l-persunaġġi u t-trajjettorja tagħhom b’mod li jirnexxilu jiddiżorjenta u jissorprendi lill-qarrej minkejja l-familjarità. Marta Marta huwa, għalhekk, imkien mitoloġiku fejn jiddominaw it-teatralità, id-dekadenza u l-ħtieġa tal-inverżjoni, fejn id-drawwiet Maltin iċedu għal dissezzjoni, esplorazzjoni u trasformazzjoni.It-titlu “Marta Marta” huwa kwotazzjoni mill-istorja dwar Marta u Marija skont San Luqa (Luqa 10.38). Bħalma fl-istorja biblika dawn iż-żewġ aħwa qed iħejju għall-wasla ta’ Ġesù f’darhom, Dolores u Concetta, tnejn mill-ħames persunaġġi ewlenin tar-rumanz, iħejju biex kull nhar ta’ Ġimgħa jiftħu l-bieb ta’ dar tagħhom, magħrufa minn kulħadd bħala Dar il-Pjaċir, għall-mistednin. It-tifsira tal-isem “Marta”, li ġej mill-Aramajk, hija “is-sinjura u l-padruna”, jiġifieri l-mara li tmexxi d-dar, tifsira li tixhed kemm dan it-titlu huwa sinifikanti fuq iktar minn livell wieħed.Il-pubblikazzjoni ġiet iffinanzjata mill-Fond tal-Ktieb Malti tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.𝐃𝐰𝐚𝐫 𝐥-𝐚𝐰𝐭𝐮𝐫Loranne Vella tikteb rumanzi u novelli bil-Malti, tittraduċi drammi u kotba tat-tfal mill-Franciż, il-Ġermaniż u l-Ispanjol għall-Malti, u tidderieġi l-kollettiv performattiv Barumbara Collective fil-Belġju. L-aħħar pubblikazzjoni tagħha kienet il-ġabra ta' novelli mill-bieb 'il ġewwa (Ede Books, 2019), tradott għall-Ingliż minn Kat Storace bħala what will it take for me to leave (Praspar Press, 2021). Fl-2018 rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għar-rumanz Rokit (Merlin Publishers, 2017)

Details

Author

Publisher

EDE Books

Year

Pages

ISBN

9789995745318

Genre

bottom of page