
Vespri
Heading 3
Merlin Publishers
Publisher notes
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Ir-ritorn tant mistenni ta’ Trevor Żahra
Niġri bil-karozza wara mara li qatt ma rajt …
Inħallihom ilaqqgħuni ma’ għarusa li ma nafx …
Nikteb ittra u nimpustaha ġo lapida ta’ ċimiterju …
Noħlom li ndoqq pjanu li ma jridx jindaqq …
Inbakkar nixtri l-gazzetta biex naqra l-aħbarijiet minn għajnejn Susanna …
Nara lili nnifsi fi programm dirett fuq it-televixin waqt li jiena m’iniex hemm …
Nilmaħha tiġri mat-triqat ħdax-il sena wara mewtha …
Nibża’ mill-bhima li missieri jrid jimmansa …
Nitkexkex mill-pjagi ta’ San Franġisk mitluq waħdu taħt l-għajn …
Trevor Żahra jirritorna b’ġabra ġdida ta’ rakkonti li fihom ir-realtà titħallat mal-ħolm, it-tbissim jintiseġ mal-uġigħ, in-normali jiżżewweġ mal-bizzarr u l-passat jimxi id f’id mal-preżent. U lkoll flimkien ikantaw is-salmi tal-Vespri qabel ma l-lejl jonfoħ fuq il-fjamma dgħajfa tax-xemx u taqa’ d-dalma.
Details
Author
Publisher
Merlin Publishers
Year
Pages
Paperback / softback
ISBN
9789990915730
Genre